Id-direttur ta’ Construct Furniture John Agius talab lill-Qorti tordna investigazzjonijiet mill-Kummissarju tal-Pulizija biex ikun żvelat min informa lill-ġurnal The Sunday Times of Malta li l-kumpanija se taffaċċja akkużi dwar il-mewt ta impjegat ta’ 17-il sena.
Il-Ħadd li għadda il-ġurnal irrapporta li inkjesta maġisterjali dwar il-każ kkonkludiet li Agius, bintu Amanda u zewġha James, mistennija jaffaċċjaw akkużi kriminali.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud huma qalu li dawn il-konklużjonijiet ġew ppubblikati fil-midja qabel ma huma kellhom kopja tal-inkjesta, u qabel il-proċeduri kriminali bdew.
Dawn l-allegazzjonijiet kapaċi jagħmlu ħsara lit-tlett individwi u jkunu t’ostaklu għal proċeduri normali. Huma qalu li ma jaqblux mal-konkluzjonijiet tal-inkjesta fuq diversi punti u talbu li tibda investigazzjoni biex tiddetermina min kien li ta din l-informazzjoni lit-Times, u biex il-Kummissarju tal-Pulizija jindaga kif l-inkjesta spiċċat għand il-midja.