Dun David Muscat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fr. Muscat, magħruf bħala qassis kontroversjali, tressaq il-Qorti akkużat b’diskors ta’ mibegħda.
Kmieni dan ix-xahar, il-qassis kien ikkummenta u qal li l-omosesswalità, li fil-kumment irrefera għaliha bħala ‘gayaġni’, hija agħar milli persuna tkun ipposseduta mix-xitan.
L-Avukati difensuri ta’ Fr Muscat, ma kkontestawx il-fatt li hu kiteb il-kumment, iżda kkontestaw li l-kliem miktub ma kienx diskors ta’ mibegħda.
Huwa kien qed iwieġeb f’kumment taħt artiklu dwar id-delitt li seħħ fit-tieni jum tas-sena u li għalih, Abner Aquilina, jinsab mixli bil-qtil u stupru tal-Pollakka, Paulina Maria Dembska.
Il-kumment tal-qassis kien ġab reazzjonijiet minn bosta, bl-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna jwiddeb lil Dun Muscat u jitolbu jneħħi l-kumment.
L-avukati ta’ Fr Muscat qalu li sejħu għall-eżorċista biex jagħti spjegazzjoni dwar pussess mid-dimonju, madanakollu l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, qalet li mhux qed tara r-relevanza ta’ din ix-xhieda f’dan il-każ.
Il-każ ġie deferit għall-erbgħa ta’ Marzu.
Intant qabel il-qassis ħareġ mill-awla, il-Maġistrat qal li sfortunatament irid jaqta’ dan it-tip ta’ każ u wissa lis-saċerdot li huwa figura pubblika u li każijiet bħal dawn m’għandux x’jambihom.
AQRA AKTAR: