Mitt mara ressqet protest ġudizzjarju kontra l-istat biex jitolbu li f’pajjiżna tidħol il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza, bħall-morning after pill.
Il-fondazzjoni tad-drittijiet tan-nisa saħqu li d-drittijiet tagħhom qed ikunu imminati.
Din il-kampanja kienet imexxiha minn Lara Dimitrijevic li hija avukata tad-drittijiet umani.
Il-protesta qed titlob li l-kontraċezzjoni ta’ emerġenza tiġi liċenzjata, importata u anke mqassma Malta.
Huma saħqu li l-liberta’ ta’ riproduzzjoni tan-niesa għandha titqis bħala dritt fundamentali. Kull mara u koppja għandu jkollhom id-dritt ta’ meta huma jagħżlu li jkollom it-tfal u saħqu li dan jgħiduh numru ta’ dokumenti internazzjonali.
Il-paġna ta’ fuq Facebook ‘Emergency Contraception for Malta‘ ġiet introdotta propju llum u kellha rispons tajjeb ħafna, b’iżjed minn 300 like fi ftit ħin. Din il-paġna ser tkun qed tintuża biex titqajjem iżjed kuxjenza dwar id-drittijiet riproduttivi u tipromwovi kampanja favur l-introduzzjoni tal-kontraċezzjoni ta’ emerġenza f’Malta.
Fi stampa li tellgħu fuq il-paġna ta’ facebook, huma jiddeskrivu d-differenza bejn il-morning after pill u l-abortion pill.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/06/protest.pdf”]