Jekk inti tħobb tiekol, għandi aħbar tajba għalik dan għaliex l-aqwa ristorant ta’ din is-sena huwa propju fl-Italja.
‘Osteria Francescana’ ikklasifika fl-ewwel post bħala l-aqwa ristorant tal- 2016. Is-sena l-oħra kien ‘El Celler de Can Roca’ ġewwa Spanja, li rebaħ dan il-premju.
Ir-ristorant rebbieħ li jinsab fil-belt żgħira ta’ Modena fin-Nofsinhar tal-Italja ikklasifika fit-tieni post fl-Awards tas-sena 2015.
Il-kok Massimo Bottura li huwa responsabbli mill-preparazzjoni tal-ikel, huwa magħruf għall-ikel klassiku Taljan. Fid-diskors tiegħu matul iċ-ċerimonja li saret ilbieraħ f’New York kien emozzjonat ferm.