Il-Perù huwa uffiċjalment l-aktar pajjiż bl-ogħla rata ta’ mwiet, għal kull ras, ta’ nies li kienu pożittivi għall-Covid-19, bin-numru issa tela’ għal mija u tmenin elf persuna.
Il-Perù huwa wieħed mill-pajjiżi li ntlaqat b’mod ħażin ħafna f’din il-pandemija, hekk kif ra l-qasam tas-saħħa jikkrolla filwaqt li ma kienx hemm biżżejjed apparat mediku għal dawk fil-bżonn.