Mara ta’ 50 sena li toqgħod is-Swieqi sfat aggredita minn raġel ta’ 38 sena, residenti Santa Venera. Il-każ ġara llum għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Trejqet Isouard, il-Marsa.
Irriżulta li kien għadu kemm seħħ argument li nqala’ fil-karozza bejn iż-żewġ persuni fejn ir-raġel aggredixxa lill-mara b’arma bil-ponta u anke allegatament twadbilha likwidu aċiduż fuqha.
Fuq il-post issjeħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed iżomm lir-raġel għal aktar investigazzjoni.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D Clarke LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Sors fuq il-post tal-inċident qal ma’ dan l-istazzjon li l-mara dehret li kellha ġrieħi gravi tant li kellha għadd ta’ feriti u wiċċha mimli bid-demm