Indjan ta’ 28 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar tliet sulari minn gallarija ta’ lukanda f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7:30pm fi Triq ir-Ramel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku mar fuq il-post u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
Dwar il-każ ġie nformat il-Maġistrat tal-Għassa Philip Galea Farrugia u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.