Raġel ta’ 56 sena li joqgħod l-Iklin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu ġo fabbrika li tinsab fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.