Raġel ta’ 55 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar tmien filati minn fuq fallakka, waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-10 ta’ Marzu 1885, Kerċem, Għawdex.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. P Coppini LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.