Raġel mill-Gambja jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ dalgħodu fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.
Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud, li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.