Raġel ta’ 48 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu għall-ħabta tad-8.45 waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Frans Sammut f’Ħaż-Żebbuġ.
Ir-raġel huwa mis-Sudan u huwa residenti l-Imsida. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Infetħet inkjesta mill-Maġistrat Francesco Depasquale.
Aktar dettalji malli jaslulna.