Libjan ta’ 35 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ 4 sulari minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:10 fi Triq Andrew Cunningham fil-Qawra.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza biex tieħu lill-vittma l-Isptar Mater Dei minnufih. Iktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jgħinuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.