Raġel ta’ 20 sena mill-Fgura jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura f’Birkirkara tant li tilef parti minn riġlejh.
Dan filwaqt li raġel ieħor ta’ 28 sena minn San Ġwann qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqaf jassisti lir-raġel li kien qed ibiddel il-puncture.
Il-każ seħħ fis-1.30 ta’ filgħodu fi triq Dun Karm, f’Birkirkara meta ż-żewġt irġiel ntlaqtu minn vettura Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mill-Imqabba.
Bil-każ ġie infurmat il-maġistrat tal-għassa li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.