Raġel ta’ 66 sena li joqgħod Bormla jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza f’Bormla t-Tlieta filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:25 fi Triq San Ġwann t’Għuxa wara li r-raġel intlaqat minn Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 63 sena mill-Fgura.
Immedjatament issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fi-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata u ħatret diversi esperti sabiex jgħinuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.