Mara ta’ ħamsa u sittin sena minn Għajnsielem tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-karozza tal-għamla Toyota Passo li kienet qiegħda ssuq b’konsegwenza li baqgħet dieħla ġo siġra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq l-Imdawra fin-Naxxar.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-mara, kif ukoll tim mediku li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Gabriella Vella li fetħet inkjesta dwar dan il-każ.