Serb ta’ 37 sena jinsab f’qagħda kritika wara li kellu inċident fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, illum għall-ħabta tal-4.00p.m.
Minn stħarriġ preliminari li għamlu l-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema rriżulta li x’aktarx ir-raġel kien qed jgħum meta qabeż fil-baħar, bil-konsegwenza li spiċċa fuq xi blat.
Ir-raġel ġie meħud l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie ċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata il-Magistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri LLD li appuntat inkjesta fuq il-każ.
Investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejjin.