Raġel ta’ 40 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-mutur f’San Ġwann.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Bella Vista.
Il-Pulizija tad-distrett marru fuq il-post fejn minn investigazjzonijiet preliminari li saru rriulta li raqt li r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Harley Davidson għal xi raġuni dan tilef il-kontroll bil-konsegwenza li nqaleb.
Immedjatament fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.