Eritrean ta’ wieħed u għoxrin sena minn Birżebbuġa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuqu ammont ta’ irħam waqt li kien qed jaħdem ġewwa fabbrika f’Ħal Far.
Il-każ seħħ it-Tnejn għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ta l-ewwel assistenza lir-raġel sakemm ittieħed l-isptar għall-kura.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.