Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa weġġa’ serjament wara li nqabad bejn żewġ vetturi.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li kienet seħħet ħabta vettura misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Gudja u vettura oħra, li f’dak il-ħin kienet wiefqa fil-ġenb tat-triq b’puncture, fejn kien hemm il-vittma.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġieċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.