Raġel idaħħal l-isptar isofri minn ħruq wara li kellu inċident waqt li kien qiegħed f’garaxx li jinstab fi Triq Tat-Tarġa, il-Magħtab.
Kien għall-ħabta tas-13.45 li l-Pulizija kienu infurmati mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien għadu kif iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija mid-Distrett tan-Naxxar marru mmedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi għamlu, rrizulta li filwaqt li r-raġel li għandu 31 u residenti l-Imsida kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq dinghy għal xi raġuni nħaraq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu.