Raġel ta’ 38 sena mill-Mosta jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien qed jaħdem b’maġna u għal xi raġuni qabditlu jdejh.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 4:40 p.m. fi Triq tal-Labour, in-Naxxar.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Donatella Frendo Dimech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.