Raġel ta’ 32 sena minn San Ġiljan jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Reġjonali, direzzjoni lejn tas-Sliema għall-ħabta tal-4:40 ta’ filgħaxija.
L-inċident seħħ hekk kif il-karozza tal-għamla Ford Transit li kien qiegħed isuq ir-raġel waqfet u r-raġel niżel minnha.
F’dan il-mument karozza tat-tip Volkswagen Golf, misjuqa minn raġel Sirjan ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar, ġie minn wara u ħabat fil-karozza Ford Transit. Mal-ħabta, ir-raġel sofra ġrieħi li aktar tard ġew iċċertifikati li huma serji.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei u l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ħatret diversi esperti sabiex jgħinuha fl-inkjesta.