Raġel ta’ 27 sena min-Naxxar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra minn ħruq hekk kif kien involut f’inċident f’kamra tan-nar fl-inħawi tal-Qadi, fis-Salini, limiti tan-Naxxar.
Il-każ ġara għall-ħabta tat-2:50 ta’ waranofsinhar u r-raġel ittieħed minn persuna oħra l-isptar.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.