Sewwieq ta’ mutur ta’ sitta u erbgħin sena minn Ħal Qormi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja fi Triq San Anard f’Ħal Tarxien.
Ir-raġel, li kien qed isuq mutur tat-tip Honda, kien ġej mit-triq tal-Barrani, tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’vettura tat-tip Fiat Punto li kienet ġejja minn Triq San Anard.
Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.