Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-sagħtejn ddaħħlet mara f’qagħda kritika l-isptar, wara li kellha inċident fuq dgħajsa.
Il-mara, ta’ 26 sena residenti s-Swieqi, waqgħet minn fuq dgħajsa li kienet marbuta mal-moll f’Tax-Xbiex. Jidher li waqgħet fil-baħar u ġiet bejn id-dgħajsa li kienet fuqha u oħra li kienet marbuta maġenbha.
Il-mara ttellgħet mill-baħar minn raġel li f’dak il-ħin kien magħha u xi nies oħra li kienu fil-viċinanzi u offrew l-għajnuna tagħhom. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Minn iktar stħarriġ li sar jirriżulta li x’aktarx l-inċident seħħ xi ħin bejn in-nofsiegħa u s-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu.