Il-Pulizija dalgħodu kkonfermat li n-numru ta’ feruti wara li l-bieraħ ċediet gallarija ta’ ristorant f’San Ġiljan huwa tmienja.
Raġel ta’ 46 sena ġie ċċerifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li mara ta’ 46 sena tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.
It-tmien persuni huma kollha Franċiżi ttieħdu l-isptar Mater Dei.
Il-bqija tal-persuni sofrew ġrieħi ħfief.
Ir-rispons għall-inċident mill-awtoritajiet Maltin kien immedjat, bil-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela jirringrazzja lil dawk li wettqu ħidma pronta.