Fil-Parlament illum se jsir it-tieni qari li se jemenda l-liġi tal-Pulizija. Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela spjega li kif tħabbar fil-programm elettorali saru numru ta’ konsultazzjonijiet biex tinbiddel il-liġi tal-Pulizija għaż-żminijiet tal-lum u għaż-żminijiet ta’ għada.
Il-liġi tfasslet wara li l-Ministru iltaqgħa mal-Pulizija, dawk tal-għasses u fergħat, iltqgħa ma’ esperti fil-qasam filwaqt li intbgħat survey lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija.
Intqal li saret ukoll konsultazzjoni maż-żewġ unions tal-Pulizija.
Permezz tal-liġi l-Gvern qed jipproponi li t-teħid tad-deċiżżjonijiet isir b’mod aktar mifrux. Dan billi jinħoloq bord ta’ governanza li jfassal l-istrateġija u direzzjoni f’isem l-Gvern.
Din l-istrateġija se tkun qed tiġbor fiha żieda fl-ammont ta’ Pulizija fil-lokalitajiet.
Id-dokument li jagħmel il-Bord tal-Governanza se jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra biex l-Parlament ikun jista’ jagħmel l-skrutinju tiegħu.
Il-Ministru Abela qal li l-proċess biex jintgħażel il-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija wasal fl-aħħar fażijiet. Il-kariga li se tkun qed tinvolvi li min se jintgħażel se jkun qed jieħu ħsieb l-proċess amministrattiv tal-korp.
Filwaqt li l-irwol tal-Kummissarju se jkun iffokat aktar fuq l-investigazzjonijiet li jsiru.