Is-Segretarju Parlamentari, Deborah Schembri, qamet fil-Parlament u qalet li quddiem ix-xhieda ġuramentata ta’ Żaren Vassallo kellu jkun hemm spjegazzjoni minn Jason Azzopardi u Tonio Fenech, jew xi ħadd minnhom.
L-ispeaker Anġlu Farrugia qal hija l-persuna involuta li tiddeċiedi tridx twieġeb u kemm Jason Azzopardi u kemm Tonio Fenech baqgħu bilqiegħda mingħajr ma lissnu kelma.
Fl-aħħar jiem Azzopardi qal li l-Ministru ma kienx hu u Tonio Fenech qal li kieku mar għandu Żaren Vassallo kien jibagħtu għand Jason Azzopardi. Iżda, meta flimkien, ħadd minnhom ma ried jitkellem.