Min jara xi film u min isegwi xi lekċer.
Kif wieħed jistenna, f’dawn iż-żminijiet fejn kulħadd jinsab ġewwa, il-konsum tal-internet żdied ġmielu kif żdied ukoll l-ammont ta’ sigħat li n-nies qegħdin fuq l-internet.
Il-Kap tat-Taqsima Teknoloġika fi ħdan kumpanija tat-telekomunikazzjoni stqarr li l-ammont ta’ ħin li n-nies qed iqattgħu fuq l-internet f’daqqa huwa medja ta’ tmien sigħat, żieda ta’ sitt sigħat min-normal.
“L-iżjed materjali għan-nies huwa l-internet. Meta tħares lejn il-behaviour fuq l-internet, in-numru ta’ sigħat li n-nies jużaw l-internet, dak żdied bi kważi sebgħin fil-mija u jekk tħares ukoll lejn l-ammont ta’ devices bejn li kien in-normali qabel per eżempju Jannar u l-lum, dak żdied b’sitta u erbgħin fil-mija iġifieri hemm żdieda sostanzjali u materjali fl-użu tal-internet.”
Montanaro stqarr li l-kumpanija li jaħdem magħha minn dejjem kellha pjan ta’ kontinġenza għal kull eventwalità li issa ġie fis-seħħ b’investiment ta’ miljuni ta’ ewro tul is-snin.
“Qatt ma tista’ tipprepara għal kollox imma tippjana sa fejn tista’ għaż-żieda li jkun hemm. Imbagħad taħdem mal-partners tiegħek sew lokalment u sew barra minn Malta biex tkun tista’ iżżid il-kapaċità għall-iżjed possibbli. S’issa iccaterjajna sew għaż-żieda fid-domanda u sakemm ma jkunx hemm splużjoni fid-domanda naħseb li għandu jkollna kunfidenza li nkomplu niccaterjaw għalih.”
Dan is-servizz kontinwu ta’ internet sar permezz ta’ żieda fil-kapaċità tas-sistema eżistenti.