Hekk kif kienu bosta partijiet tal-gżejjer Maltin li ntlaqtu minn ħalbiet tax-xita xi drabi qawwija, ċifri uffiċjali ppubblikati mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta juru li mhux kullimkien kien milqut mix-xita.
Dan iċ-ċifri juru l-aktar li niżlet kien fil-Mosta b’42.6mm imkejla filwaqt li f’Għawdex, ma niżlitx xita kif imkejjel mill-istazzjonijiet tat-temp f’San Lawrenz, ix-Xagħra u x-Xewkija bejn nofsillejl u l-ħamsa ta’ waranofishar.
L-Imsida ġie rreġistrat it-tieni l-akbar ammont ta’ xita bi 17.6mm segwit minn 13.6mm f’Selmun.
Intant, Bengħajsa wera 7.4mm, il-Belt Valletta 7mm, Ħal Luqa 4.4mm u Ħad-Dingli 3.6mm ta’ xita ġew irreġistrati.