Fil-Messiku, minn tal-inqas 53 persuna mietet u oħrajn indarbu wara li t-trakk li kienu fuqu tilef il-kontroll u nqaleb.
Il-midja internazzjonali ddeskriviet ix-xena tal-inċident bħala waħda makabra, bil-vittmi, li huma migranti mill-Amerika Ċentrali, kienu mgħaffġa ġot-trakk.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan l-inċident qed jitqies mill-awtoritajiet Messikani bħala wieħed mill-agħar inċidenti li qatt seħħ fil-pajjiż.
Fost il-vittmi kien hemm nisa u tfal li ġejjin mill-Honduras u l-Guatemala.