Fil-Lombardija l-Italja inċident sfortunat ħalla lil Giacomo Chiapparini mejjet, Taljan ta’ 74 sena, wara li tgħaffeġ taħt it-toqol ta’ eluf ta’ roti tal-ġobon Parmigiano.
L-inċident seħħ wara li l-ixkaffa tal-maħżen ċediet u ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili Lombarija spjega li r-roti tal-ġobon laqtu lil xulxin u konsegwentament l-eluf ta’ roti, li jiżnu madwar 40Kg il-waħda, spiċċaw fuq il-vittma.
It-tfittxija tal-vittma damet għaddejja 12–il siegħa u barra minn hekk ħalliet ħsarat il-fuq minn €7 miljun ewro. L-inċident seħħ ġo Romano di Lombardia, raħal li jinsab 50Km Lvant minn Milan u fil-maħżen kien hemm mal-25,000 rota tal-ġobon.