Il-kontroll tal-belt ta’ Sirte ttieħed minn forzi li huma leali lejn il-Ġeneral Khalifa Haftar. Din hija kisba importanti għall-Ġeneral Haftar li bħalissa qed jipprova jieħu l-kontroll tal-kapitali Libjana.
Din hija kisba importanti wkoll anke minħabba l-fatt li l-Gvern li preżentament hu rikonoxxut internazzjonalment qiegħed jiġi mgħejjun bil-preżenza tal-militari Torka.