Tul il-lejl li għadda, fil-lejl tal-Milied, il-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta, wettqu kontrolli tat-traffiku f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
F’dawn il-kontrolli twaqqfu madwar 560 vettura, fejn saru spezzjonijiet dwar regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr polza tal-assigurazzjoni, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol u vetturi bit-tinted glass, fost oħrajn.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku għall-kooperazzjoni tiegħu u talli segwew ir-regolamenti tat-traffiku.
Fil-lejl tal-Milied ma ġew irrappurtati l-ebda inċidenti maġġuri.

Ritratti: CMRU