“Opportunisti”, “armchair critics” u “beżżiegħa”.
Dawn kienu fost l-aġġettivi ndirizzati lil dawk li ma jaqblux mal-Partit Nazzjonalista f’Kunsill Ġenerali ieħor li reġa’ spikka fih in-nuqqas ta’ għaqda fil-Partit Nazzjonalista.
Il-President tar-Riċerka tal-Partit Nazzjonalista Mary Ann Lauri kellha appell imqanqal u kienet fost dawk li ma ddejqet xejn li tuża dawn l-aġġettivi.
Fil-fatt, ma tantx kellha kliem ħelu lanqas għal min lill-Partit Nazzjonalista jagħtih xi parir.
Hija qalet “L-arm chair critics jagħtuna ħafna pariri. Ħafna lezzjonijiet b’dak li jiktbu u jgħidu”
Iżda, imbagħad anke hi kellha xi tgħid.
Lil dawk li lill-Kap ma jħalluhx jaħdem bil kwiet wissithom b’mod ċar.
Qalet “L-ikbar għedewwa tal-Partit Nazzjonalista, huma il-firda, l-ambizzjonijiet personali, it-tixrid u t-tkellim fil-vojt u l-gambetti interni”
U fl-istess jum li sħabha kellmu lit-Times of Malta dwar l-inkwiet intern fil-partit, hi qaltilhom ma jgħaġġlux. Fuq kollox biex ma jieħdux deċiżjonijiet fuq surveys.
“Ħa ngħid naqra fuq dawn is-surveys, jien il-president tar-riċerka politika u ma nistax ma nsemmihomx. Meta taqraw dawk l-imberkin surveys, aqrawhom b’dan f’moħħkom li hemm margin of error plus or minus tree per cent. Ejja nkunu bil-għaqal.”