“Lil dak il-proxxmu li kitibli RIP, mhux għalissa”
Kliem li llum ikexkxek u li kien kiteb Ramon Casha fuq Facebook, wara inċident ikrah li kellu bil-mutur nhar is-sittax ta’ Lulju 2016.
Ramon kien jitkellem b’mod apert fuq l-inċident tiegħu. Mhux ħaġa sorprendenti, għax kien jitkellem eżatt kif jemmen li hu tajjeb fuq kollox. Kien sejjer minn triq dritta bil-mutur, meta ħarġet karozza minn triq sekondarja, u baqa’ dieħel fiha. Stenbaħ l-isptar u għamel żmien twil bi problemi ta’ saħħa.
Minn hemm, Ramon dejjem kellu jsofri l-konsegwenzi.
Waqt il-programm Arena, Ramon spjega li dak li ħabat fih huwa Taljan, u jista’ jkun li meta ġie biex joħroġ mit-triq, ħares lejn id-direzzjoni l-ħażina. “Fil-komunità tal-muturi,kulħadd inkwetat dwar is-sitwazzjoni” kien spjega fil-programm, filwaqt li qal li ma jkunx hemm biss kawża waħda għal inċident.
Ramon ħalla din id-dinja fit-22 ta’ Jannar.