Għargħar qawwi f’diversi partijiet fil-Kenja jħalli madwar 200 persuna mejta filwaqt li ħalla madwar 100,000 persuna oħra b’ta’ fuqhom senduqhom. Nies tal-villaġġ kienu saħansitra sfurzati li jevakwaw il-post u djarhom wara li l-livell tal-ilma kompla jogħla.
Il-Gvern tal-pajjiż tenna li dan li għargħar kien ilu jikkawża tħarbit kbir kemm fil-pajjiż u kemm fil-ħajja tan-nies mill-jum tat-Tlieta hekk kif 30 persuna oħra mietu.
Id-Dipartiment meterjoloġiku fil-Kenja stqarr li l-maltemp mistenni jkompli jżid fil-ġimgħat li ġejjin tant li dan qajjem tħassib fl-Awtoritajiet tas-Saħħa minħabba li bħalissa l-pajjiż qed jaħdem sabiex jikkontrolla l-imxija tal-Coronavirus u tenna li dan l-għargħar qed jitfa’ aktar piż fuq il-pajjiż.