L-espert tal-Qorti Godwin Sammut qal li ġewwa l-karozza ta’ Adrian Agius, wieħed mill-aħwa tal-Maksar, nstabu droga kokaina u taħlita ta’ sustanzi użati bl-eroina.
Fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-aħwa Adrian u Robert Agius, Jamie Vella u George Degiorgio, iċ-Ċiniż, dwar l-involviment tagħhom fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop, Sammut qal li ngħata tliet boroż ta’ evidenza li kienu jikkonsistu minn trab suspettat li kien sustanza illeċita.