Mara nqatlet u ħames persuni oħra ndarbu f’attakk b’sikkina f’librerija pubblika li tinsab biswit żona ffrekwentata għax-xiri fil-belt Kanadiża, Vancouver.
L-attakk seħħ kmieni s-Sibt waranofsinhar.
Il-Pulizija Kanadiża appellat biex xhieda, b’mod speċjali dawk li ġibdu filmati, jersqu ’l quddiem, minkejja li temmen li l-uniku suspettat f’dan ir-reat jinsab fil-kustodja tagħha.