Fil-jum li fetħet ir-reġistrazzjoni għall-booster għall-adulti kollha f’pajjiżna, ingħataw disat elef u ħamest mitt tilqima kontra l-Coronavirus f’ġurnata waħda.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne fuq Twitter, fejn qal li dan kien possibbli grazzi għat-tim ta’ professjonisti li qed jimplimentaw il-programm ta’ vaċċinazzjoni.
Huwa reġa’ appella biex min hu eliġibbli jirreġistra għall-booster. Bħalissa kull min għandu iktar minn tmintax-il sena f’pajjiżna jista’ jirreġistra biex jieħu d-doża addizzjonali fuq vaccin.gov.mt.