Fil-jiem li ġejjin persuna se titressaq il-Qorti mixlija b’akkużi relatati mal-marki taż-żebgħa li nstabu f’żoni protetti madwar pajjiżna.
Il-Pulizija mis-sezzjoni tal-Environment Protection Unit u uffiċjali tal-Infurzar tal-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi wettqu spezzjonijiet sabiex ikun żgurat li marki li saru b’żebgħa ħamra f’diversi żoni protetti madwar Malta jitneħħew mill-persuna responsabbli.
Dawn il-marki ġew impinġija bil-għan li jindikaw direzzjoni għal tiġrijiet li kienu qed isiru minn aġenzija barranija.
Il-persuna responsabbli kien ordnat jneħħi dawn il-marki b’mod li jirrispetta l-ambjent u ma ssirx aktar ħsara.
Waqt spezzjonijiet li twettqu kien innutat li l-mod u manjiera li din iż-żebgħa kienet qed titneħħa ma kienx il-mod li ġie miftiehem u approvat aktar kmieni lbieraħ.