Fil-pandemija tal-Coronavirus, Malta kellha l-akbar suċċess fost il-pajjiżi kollha tad-dinja.
Iddikjara dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f’intervista fuq ONE, fejn saħaq li pajjiżna bħalissa qiegħed fl-aqwa sitwazzjoni mindu faqqgħet il-pandemija, hekk kif fi ftit ġimgħat, minn ħames mitt każ pożittiv inżilna għal disgħin każ attiv.
Il-Prim Ministru stqarr: “Iva aħna kellna suċċess, mhux kbir, iżda l-akbar suċċess fost il-pajjiżi kollha madwar id-dinja u kburi b’dan is-suċċess…Illum qegħdin fl-aqwa sitwazzjoni li konn fiha mis-27 ta’ Marzu sal-lum u għada se nkunu aqwa mil-lum.”
Il-Prim Ministru semma li fl-aħħar ġranet Malta ttripplat it-testijiet għall-Coronavirus hekk kif il-ħaddiema tas-saħħa qed ifittxu f’kull kantuniera tal-pajjiż, u kien għalhek li fil-jiem li għaddew rajna żieda żgħira ta’ każijiet pożittivi.
Robert Abela qal li s-sodod ippreparati għall-pazjenti pożittivi fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex huma kollha vojta u għalhekk se jittieħed il-pass li jmiss.
Dr Abela sostna: “Aħna għanda l-isptarijiet tagħna, is-sodod tagħna li ġew attrezzati għall-COVID huma vojta, u dan verament huwa punt imporanti u jigwidak il-quddiem għad-deċiżjonijiet li se nkunu qed inħabbru għada u li se jigwidawna l-quddiem fil-granet u ġimgħat li ġejjin.”
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi pożittivi f’Malta, Dr Abela qal li fi tmiem il-ġimgħa, se jittaffu xi ftit mir-restrizzjonijiet.
Huwa saħaq: “Aħna rridu nagħmlu l-affarijiet bil-galbu, bil-prudenza u bil-għaqal. Mela allura se jkollna restaurants, hairdressers u nail technicians. Imma b’miżuri li jagħmlu sens għar-realta li qegħdin fiha illum. Jista’ jkun li niġu 3 ġimgħa oħra u l-miżuri restrittivi f’li ħa nagħmlu fl-istess ftuħ ta’ stabbilimenti ngħidulhom lanqas fadal lok illi nħalluhom jew intajruhom nofshom jew tlett kwarti tagħhom kollox bil-galbu u skont l-evidenza xjentifika illi jkollna imma dan huwa l-mod intelliġenti.”
Madanakollu l-Prim Ministru fakkar li għandhom jibqgħu jiġu osservati l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa partikolarment li tinzamm id-distanza.
“Irridu nibdew minn issa nirreklamaw lil dan il-pajjiż bħala pajjiż li għeleb il-Covid, a Covid safe country. Malta hu Għawdex huma żewġ gżejjer li huma Covid safe,” kompla jgħid il-Prim Ministru.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/17/dan-hu-gvern-immotivat-li-jaghmel-il-gid-lin-nies/