F’diskors fil-Parlament, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, tkellem dwar il-bereġ li qed jiġu rinnovati madwar il-pajjiż biex ikomplu jinfirxu s-servizzi tas-saħħa ta’ pajjiżna ma’ pajjiżna lil hinn mill-Isptar Mater Dei.
Fil-fatt, ħabbar żvilupp dwar il-berġa ta’ Birkirkara.
Qal, “Inħabbar u ngħid li fil-ġranet li ġejjin ħa nkunu qegħdin niftħu issa ċ-ċentru tas-saħħa rinnovat ġdid ġewwa Birkirkara. Jiġifieri f’Birkirkara fil-ġranet li ġejjin ħa jerġa’ jinfetaħ issa kompletament rinnovat għall-poplu ta’ dik il-parti ta’ Malta.”