L-artista Lynn Chircop Faure nediet kanzunetta ġdida li b’messaġġ ta’ tama u solidarjetà u lirika li hija relatata mal-proċess li jgħaqqad l-individwi li jaspiraw li jgħixu ħajja aħjar f’sens ta’ spiritwalità.
F’din id-diska, Chircop Faure qed tesprimi lilha nnifisha billi tinkoraġġixxi lill-pubbliku b’mod speċjali lil dawk vulnerabbli sabiex jiddedikaw l-aktar ħin prezzjuż fuq proġetti ta’ saħħa metnali u personali tagħhom.
L-artista temmen li wieħed kapaċi jikseb ħiliet bażiċi li bihom ikun jista’ jagħmel deċiżjonijiet li huma neċessarji biex jikber u jkun kapaċi jikkumbatti l-ostakli li jrid iħabbat wiċċu magħhom.
“Fil-ħajja trid taqdef int, xejn ma jiġi waħdu”, tisħaq Chircop Faure fid-diska tagħha.
Hija tisħaq li kull ostaklu kapaċi jingħeleb jekk dak li jkun ikollu rieda tajba biex b’hekk timtela’ b’qawwa kbira.