Il-Pulizija f’Haiti qalet li arrestat it-tabib, li qed ikun meqjus bħala s-suspettat ewlieni li organizza l-attakk li fih ġie maqtul il-President tal-pajjiż vittma.
Il-midja internazzjonali rrappurtat li t-Tabib Christian Emmanuel Sanon ta’ 63 sena, li huwa ċittadin tal-Haiti, wasal fil-pajjiż f’Ġunju li għadda b’motivi politiċi f’moħħu.
Il-President inqatel fir-residenza tiegħu fis-7 ta’ Lulju li għadda minn 28 merċenarju.