Fil-Greċja nqatel ġurnalist prominenti.
Huwa nqatel b’tiri quddiem daru f’Ateni.
Giorgos Karaivaz inqatel kmieni llum wara nofsinhar hekk kif irritorna d-dar wara x-xogħol.
Huwa kien ġurnalist li rrapporta fuq il-kriminalità.
Skont l-ewwel rapporti qed jingħad li żewġt irġiel rekbin fuq mutur, b’wieħed minnhom li kien liebes ħwejjeġ tal-armata spara minn tal-inqas sitt darbiet fuq Karaivaz waqt li l-ġurnalist kien ħiereġ mill-karozza tiegħu quddiem daru.
L-investigaturi bħalissa għaddejjin bil-ġbir tal-informazzjoni minn xhieda li kienu fl-akwati filwaqt li qed jelevaw filmati mill-kameras tas-sigurtà bit-tama li jaqbdu lill-qattiela.