Fil-ġranet li ġejjin se tkun qed tinfetaħ ‘pet cabin’ fl-isptar Mater Dei.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt il-programm Pjazza l-Ħamis li għadda.
Hu spjega kif din il-kabina, li ilha mixtieqa minn bosta pazjenti, se tkun qed tagħti l-opportunità lil dawk il-pazjenti f’Mater Dei li jkunu hemm fit-tul u jkollhom pet li tant iħobbu, biex iqattgħu ftit ħin mal-pet tagħhom proprju ġo din il-kabina.
Spjega kif kull min għandu pet, jaf verament kemm ifisser għalih, u għalekk bħal meta jiġi jżurek membru tal-familja li jkun bniedem issa jista’ jżurek ukol il-pet.
Mr Fearne spjega kif din l-inizjattiva bdiet proprju tliet snin ilu iżda kawża tal-Covid-19 kellu jieqaf kollox. Spjega kif issa li għaddejna mill-pandemija, flimkien ma’ NGO partikolari, issa se terġa’ ssir għall-ġid tal-pazjenti.