Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera ħabbar li waqqaf kumitat sabiex jibda x-xogħol meħtieġ għat-tindif u rijabilitazzjoni ta’ numru ta’ widien.
“Din il-ħidma se tibda fil-ġranet li ġejjien. Dan qed nagħmluh sabiex insaħħu u ntejbu l-ambjent naturali ta’ pajjiżna”, saħaq il-Ministru Herrera.
Fi stqarrija huwa spjega li għal dan il-għan irid isir xogħol koordinat u komprensiv, u għalhekk il-kumitat se jkun kompost minn rappreżentanti tad-Direttorat tal-PARKS, Wasteserv, Valley Management Unit, Storm Water Unit, id-Dipartiment tal-Cleansing, u l-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Herrera rringrazzja lill-Ministru Ian Borg u lis-Segretarji Parlamentari Silvio Parnis u Deo Debattista għall-kooperazzjoni sħiħa tagħhom f’dan il-proġett.