Il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex kredibbli meta jitkellem dwar il-faqar f’pajjiżna. Dan għaliex mhux biss meta kien fit-tmexxija tal-pajjiż il-faqar żdied, iżda wkoll għax kien jgħid li l-faqar huwa perċezzjoni.
Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota t-tnaqqis tar-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, fejn fuq medda ta’ seba’ snin, din naqset bi kważi kwart.
Il-Partit Laburista semma diversi miżuri li kkontribwixxew għal dan fosthom l-inwork benefit, iċ-child care b’xejn, iż-żieda fil-pensjonijiet u l-qtugħ gradwali tal-benefiċċji soċjali biex tiġi inċentivata l-bżulija.
Il-Partit Laburista tenna li l-inċentivi riċenti tal-Gvern biex il-pajjiż kompla jżomm suq tax-xogħol b’saħħtu u l-investiment rekord ta’ aktar minn biljun ewro f’nefqa soċjali wasslu biex f’pandemija, il-faqar naqas u mhux żdied.
Huwa temm jgħid li meta jiġu biex jagħżlu n-nies, jafu min iparla biss u min dak li jwiegħed iwettqu.