Ix-xogħlijiet estensivi fit-toroq fl-inħawi tal-Villa Rumana, ir-Rabat għaddejjin ġmielhom. Ix-xogħol mistenni jitlesta sat-tieni ġimgħa t’Awwissu 2017.
Ix-xogħlijiet qed isiru mit-triq li tinsab kantuniera mal-bank saċ-ċimiterju tar-Rabat, u jinkludu wkoll il-pjazza ta’ quddiem ir-Roman Villa. It-toroq fir-Rabat se jkunu segwiti minn xogħlijiet simili f’ Ħ’Attard, Ħaż-Żabbar, Birżebbuġa, iż-Żurrieq, San Pawl il-Baħar, il-Birgu, u l-Marsa; kollha fil-ġimgħat li ġejjin.
Se jibda’ ukoll xogħol sabiex jitjieb l-aċċess għar-roundabout tal-Mosta Technopark, u li fil-jiem li ġejjin se titranġa wkoll il-konnessjoni bejn Triq il-Marsa u Triq l-Ingiered fl-inħawi ta’ bejn il-korsa tal-Marsa u l-Isptar St Vincent de Paule, sabiex tkun aktar sikura għas-sewwieqa.
Dan kollu tħabbar mill-Ministru għat-trasport, infrastruttura u proġetti kapitali, Ian Borg.